11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 — Anheuser-Busch, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Budějovický Budvar, národní podnik

(Kawża C-214/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BUDWEISER - Oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(a) u (b) ta’ dan ir-regolament - Trade marks internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti BUDWEISER u Budweiser Budvar - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tal-istess regolament - Produzzjoni ta’ provi “fil ħin preskritt” - Ċertifikat ta’ tiġdid tat-trade mark preċedenti - Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94)

2010/C 246/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Anheuser-Busch, Inc. (rappreżentanti: V. von Bomhard u B. Goebel, avukati)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral), Budějovický Budvar, národní podnik (rappreżentant: K. Čermák, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009, Anheuser-Busch vs UASI (T-191/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “BUDWEISER” għal prodotti fil-klassi 32 kontra d-Deċiżjoni R 299/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-20 ta’ Marzu 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks internazzjonali figurattivi u verbali “BUDWEISER” u “Budweiser Budvar” għal prodotti fil-klassijiet 31 u 32

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Anheuser-Busch Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009