29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Barsoum Chabo vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-213/09) (1)

(Unjoni doganali - Regolament (KE) Nru 1719/2005 - Tariffa doganali komuni - Irkupru ta’ dazji doganali fuq l-importazzjoni - Importazzjoni ta’ prodotti tal-ikel ipproċessati - Faqqiegħ ippreservat - Subintestatura NM 2003 10 30 - Ġbir ta’ ammont addizzjonali - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2011/C 30/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Barsoum Chabo

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Volum 2, p. 382) fir-rigward tal-ammont ta’ ħlas supplementari fuq l-importazzjoni tal-prodotti li jinsabu fis-subintestatura 20031030000 — Faqqiegħ ippreservat — Prinċipju ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma rrileva ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-ammont tad-dazju doganali speċifiku ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett xott, applikabbli skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, li jinġabar fuq l-importazzjonijiet ta’ faqqiegħ ippreservat tal-ġeneru Agaricus li jaqa’ taħt is-subintestatura 2003 10 30 tan-Nomenklautra Magħquda li tinsab fl-anness imsemmi, imwettqa barra mill-kwota miftuħa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1864/2004, tas-26 ta’ Ottubru 2004, li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1995/2005, tas-7 ta’ Diċembru 2005.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009