|
29.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Latvja) — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-199/09) (1)
(Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 6(2) - Applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja li torbot - Kunċett ta’ “tip wieħed biss ta’ merkanzija”)
2011/C 30/06
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Schenker SIA
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Kunċett ta’ “tip wieħed biss ta’ merkanzija” — Merkanzija li għandha kwalitajiet u karatteristiċi differenti iżda li tista’ tiġi kklassifikata taħt l-istess kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda — Ħruġ ta’ informazzjoni tariffarja li torbot waħda għal din il-merkanzija kollha jew inkella informazzjoni tariffarja speċifika għal kull waħda minnhom.
Dispożittiv
L-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1602/2000, tal-24 ta’ Lulju 2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja li torbot tista’ tkopri merkanzija differenti bil-kundizzjoni li din il-merkanzija tkun tappartjeni lill-istess tip ta’ merkanzija. Hija biss il-merkanzija li jkollha karatteristiċi simili u li l-elementi ta’ distinzjoni bejnietha jkunu kompletament irrilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha li tista’ titqies li tappartjeni lill-istess tip ta’ merkanzija fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija.