14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-169/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Rekwiżiti fil-qasam tal-eko-disinn applikabbli għal prodotti li jużaw l-enerġija - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 221/21
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Schønberg u M. Karanasou Apostolopoulou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (ĠU L 191, p. 29)
Dispożittiv
(1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
(2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |