|
19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — Repertoire Culinaire Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-163/09) (1)
(Direttiva 92/83/KEE - Armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 27(1)(e) u (f) - Inbid, port u cognac għat- tisjir)
2011/C 55/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Repertoire Culinaire Ltd
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — VAT and Duties Tribunal, London — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 27(1)(e) u (f) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206) — Eżenzjoni mis-sisa — Inbid, port u cognac tat-tisjir bil-melħ u l-bżar
Dispożittiv
|
(1) |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 20 tad Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-definizzjoni tal-“alkoħol etiliku” li tidher f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-inbid għat-tisjir u għall-port għat-tisjir. |
|
(2) |
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, eżenzjoni mid-dazju tas-sisa armonizzat fuq l-inbid għat tisjir, il-port għat-tisjir u l-cognac għat-tisjir hija tali li taqa’ taħt l-Artikolu 27(1)(f) tad-Direttiva 92/83. |
|
(3) |
Fil-każ fejn prodotti bħall-inbid għat-tisjir, il-port għat-tisjir u l-cognac għat-tisjir inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġew ikkunsidrati bħala mhux suġġetti għad-dazju tas-sisa jew bħala eżenti mid-dazju tas-sisa abbażi tad Direttiva 92/83 u rrilaxxati għall-konsum fl-Istat Membru fejn ġew prodotti, iżda huma intiżi għall-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar għandu jagħti trattament identiku lil dawn il-prodotti fit-territorju tiegħu, ħlief meta jeżistu provi konkreti, oġġettivi u verifikabbli li jindikaw li l-ewwel Stat Membru ma applikax b’mod korrett id-dispożizzjonijiet ta’ din id direttiva jew li, skont l-Artikolu 27(1) tagħha, l-adozzjoni ta’ miżuri intiżi sabiex jiġu evitati frodi, evażjoni jew abbuż fil-qasam tal-eżenzjonijiet kif ukoll sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta u diretta ta’ dawn tal-aħħar hija ġġustifikata. |
|
(4) |
L-Artikolu 27(1)(f) tad-Direttiva 92/83, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma jistax jiġi suġġett għall-osservanza ta’ kundizzjonijiet bħal dawk previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri, limitazzjoni tal-persuni awtorizzati sabiex jippreżentaw talba għar-rimbors, terminu ta’ erba’ xhur għall-preżentata ta’ tali talba u l-iffissar ta’ ammont minimu ta’ rimbors, ħlief jekk minn provi konkreti, oġġettivi u verifikabbli jirriżulta li, dawn il-kundizzjonijiet huma neċessarji sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u diretta tal-imsemmija eżenzjoni kif ukoll sabiex jiġu evitati frodi, evażjonijiet jew abbużi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-kundizzjonijiet previsti minn din il-leġiżlazzjoni. |