4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) — Secretary of State for Work and pensions vs Taous Lassal

(Kawża C-162/09) (1)

(Rinviju preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 16 - Dritt ta’ residenza permanenti - Applikazzjoni ratione temporis - Perijodi li ġew fi tmiemhom qabel id-data ta’ traspożizzjoni)

2010/C 328/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for Work and pensions

Konvenuta: Taous Lassal

Fil-presenza ta’: The Child Poverty Action Group

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Ċittadina tal-Unjoni li rrisjediet b’mod regolari fir-Renju Unit għal ħames snin qabel it-30 ta’ April 2006, data limitu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, u li sussegwentement telqet mit-territorju għal perijodu ta’ 10 xhur — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu li ġie fi tmiemu qabel it-30 ta’ April 2006 għar-rikonoxximent ta’ dritt ta’ residenza permanenti.

Dispożittiv

L-Artikolu 16(1) u (4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-perijodi ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin, li ġew fi tmiemhom qabel id-data ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/38, jiġifieri t-30 ta’ April 2006, skont l-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni qabel din id-data, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva, u

l-assenzi mill-Istat Membru ospitanti, inqas minn sentejn konsekuttivi, li seħħew wara t-30 ta’ April 2006 u wara residenza legali kontinwa ta’ ħames snin li ġiet fi tmiemha qabel din id-data, ma humiex ta’ natura li jaffettwaw il-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 16(1).


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.