3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-158/09) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Persunal mhux ċivili tal-amministrazzjoni pubblika - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”)

(2010/C 179/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martinez del Peral Cagigal u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), u tal-Artikolu 18(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197), miżmum permezz tal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2003/88, moqri flimkien mal-Parti B tal-Anness I tal-istess Direttiva — Persunal mhux ċivili tal-amministrazzjonijiet pubbliċi

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, f’dak li jirrigwarda l-persunal mhux ċivili tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, Ir-renju ta’ Spanja naqas milli jwettaw l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 1(3) tal-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.