29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — Agrargut Bäbelin GmbH & Co KG vs Amt für Landwirtschaft Bützow

(Kawża C-153/09) (1)

(Politika agrikola komuni - Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Skema ta’ pagament uniku - Drittijiet ta’ art imwarrba - Artikolu 54(6) - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Artikolu 50(4) - Dikjarazzjoni taż-żona kollha disponibbli għall-finijiet tal-użu tad-drittijiet ta’ art imwarrba - Artikolu 51(1) - Sanzioni)

2011/C 30/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Schwerin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrargut Bäbelin GmbH Co KG

Konvenut: Amt für Landwirtschaft Bützow

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Schwerin — Interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269-337) u tal-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll [sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll] kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243-283) — Għajnuna agrikola — Obbligu ta’ bidwi li jattiva d-drittijiet għat-twarrib tar-raba’ qabel kull dritt ieħor sabiex jevita d-dikjararazzjonijiet żejda — Ksur ta’ dan l-obbligu minn bidwi li, wara t-twarrib tar-raba’, ma għandu l-ebda art li tinħadem — Sanzjonijiet

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 54(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li bidwi ma jistax jitlob li jibbenefika mill-għajnuna taħt id-drittijiet għall-pagament li jiddisponi minnha, inkluż b’rabta maż-żoni li mhumiex eliġibbli għall-għajnuna għal art imwarrba, sakemm ma attivax qabel id-drittijiet kollha tiegħu ta’ art imwarrba.

(2)

L-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal 21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll [sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll] kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2006, tas-27 ta’ April 2006, moqri flimkien mal-Artikolu 50(4) tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, is-sanzjoni prevista f’dan l-Artikolu 51(1) mhix applikabbli għal bidwi li, filwaqt li naqas milli jattiva d-drittijiet kollha tiegħu ta’ art imwarrba peress li ma kienx jiddisponi minn numru suffiċjenti ta’ ettari eliġibbli għall-għajnuna għal art imwarrba, attiva drittijiet għall-pagament ibbażati fuq mergħat permanenti.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009