12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 — Ir-Renju tal-Belġju vs Deutsche Post AG, DHL International, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-148/09 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(3) KE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Kunċett ta’ “dubji” - Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali)

2011/C 331/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, T. Materne, aġenti, J. Meyers, avukat)

Appellata: Deutsche Post AG (rappreżentanti: T. Lübbig u J. Sedemund, avukati, DHL International (rappreżentanti: T. Lübbig u J. Sedemund, avukati, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-Qorti Ġenerali] (It-Tieni Awla), tal-10 ta’ Frar 2009, Deutsche Post u DHL International vs Il-Kummissjoni (T-388/03), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2508 finali, tat-23 ta’ Lulju 2003, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet, fl-għeluq ta’ proċedura ta’ eżami preliminari prevista fl-Artikolu 88(3) KE, fil-konfront ta’ diversi miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani favur La Poste SA — Kumpens għall-ispejjeż netti tas-servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Klassifikazzjoni żbaljata ta’ ċerti fatti bħala indizji ta’ diffikultajiet serji li jeħtieġu l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ motivi inammissibbli — Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju u kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009