19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Smit Reizen BV vs Minister van Verkeer en Waterstaat

(Kawża C-124/09) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 - Trasport bit-triq - Obbligu ta’ reġistrazzjoni - Perijodi ta’ mistrieħ u perijodi oħra ta’ xogħol - Ħin meħud sabiex wieħed imur fuq il-post fejn jiġbor vettura mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni - Kunċett ta’ ‘ċentru operattiv’”)

(2010/C 161/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Smit Reizen BV

Konvenuta: Minister van Verkeer en Waterstaat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 319) u tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227) — Pawżi fis-sewqan, perijodu ta’ mistrieħ fil-ġurnata u ħin tax-xogħol — Kunċett — Obbligu ta’ reġistrazzjoni — Ħin meħud sabiex jintlaħaq il-post fejn ser tinġabar vettura li ma tinsabx fiċ-ċentru operattiv tal-impriża — Ċentru operattiv — Kunċett — Terz li jwassal lis-sewwieq

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ “ċentru operattiv”, li jinsab fil-punti 21 et seq. tas-sentenza tat-18 ta’ Jannar 2001, Skills Motor Coaches et (C-297/99), għandu jiġi ddefinit bħala l-post speċifiku li fih is-sewwieq huwa bbażat, jiġifieri l-faċilità tal-impriża ta’ trasport li minnha huwa jwettaq regolarment is-servizz tiegħu u li jirritorna fih meta jispiċċa s-servizz tiegħu, fil-kuntest tal-eżerċizzju normali tal-funzjonijiet tiegħu u mingħajr ma jsegwi istruzzjonijiet speċifiċi mingħand min iħaddmu.

(2)

Il-fatt li s-sewwieq ikkonċernat kemm jekk imur huwa nnifsu fuq il-post fejn għandu jiġbor vettura mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni, jew kemm jekk iwasslu xi ħadd ieħor fuq dan il-post ma għandux rilevanza fuq il-klassifikazzjoni tal-perijodu ta’ vjaġġ fid-dawl tal-kuntest ta’ “serħan [mistrieħ]”, fis-sens tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.