3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresní soud v Chebu — Ir-Repubblika Ċeka) — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas

(Kawża C-111/09) (1)

(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Rikors ta’ assiguratur quddiem il-qorti tal-post tad-domiċilju tiegħu intiż sabiex jikseb il-ħlas ta’ primjum ta’ assigurazzjoni mill-persuna assigurata ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor - Dehra tal-konvenut quddiem il-qorti li quddiemha titressaq il-kawża - Nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni u difiża fuq il-mertu - Dehra bbażata fuq ġurisdizzjoni)

(2010/C 179/17)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Chebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group

Konvenut: Michal Bilas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Okresní soud v Chebu — Interpretazzjoni tal-Artikoli 13(1), 24 u 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni — Rikors intiż sabiex jinkiseb il-ħlas ta’ primjum ta’ assigurazzjoni mill-persuna assigurata ddomiċiljata fi Stat Membru li ma huwiex dak tal-assiguratur — Difiża fuq il-mertu tal-persuna assigurata fil-qrati tad-domiċilju tal-assiguratur

Dispożittiv

L-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti li quddiemha titressaq il-kawża, meta r-regoli msemmija fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament ma ġewx osservati, għandha tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni meta l-konvenut jidher quddiemha u ma jressaqx eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, peress li tali dehra tikkostitwixxi proroga taċita ta’ ġurisdizzjoni.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009