|
11.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Belġju) — Bâtiments et Ponts Construction SA, WISAG Produktionsservice GmbH, li qabel kienet ThyssenKrupp Industrieservice GmbH vs Berlaymont 2000 SA
(Kawża C-74/09) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37/KEE - Artikolu 24 - Kawżi ta’ esklużjoni - Obbligi relattivi għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u tat-taxxi - Obbligu ta’ reġistrazzjoni għall-offerernti, bil-piena ta’ esklużjoni - ‘Kummissjoni ta’ reġistrazzjoni’ u l-kompetenzi tagħha - Eżami tal-validità taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-offerenti barranin)
2010/C 246/09
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bâtiments et Ponts Construction SA, WISAG Produktionsservice GmbH, li qabel kienet ThyssenKrupp Industrieservice GmbH
Konvenuta: Berlaymont 2000 SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (il-Belġju) — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163), kif ukoll tal-Artikoli 49 u 50 KE — Għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil awtorità kontraenti, minn naħa, teskludi offerent għar-raġuni li ma jkunx irreġistrat f’dan l-Istat, u dan anki jekk l-imsemmi offerent ikun ippreżenta ċertifikati ekwivalenti maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor u, min-naħa l-oħra, tissuġġetta dawn iċ-ċertifikati għal eżami ta’ validità — Kompatibbiltà ta’ din il-leġiżlazzjoni mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju msemmija.
Dispożittiv
|
1) |
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi intepretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-imprenditur stabbilit fi Stat Membru ieħor, għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt fl-Istat Membru tal awtorità kontraenti, l-obbligu li jkun irreġistrat, f’dan l-Istat Membru tal-aħħar, li mhux kopert mill kawżi ta’ esklużjoni elenkati fl ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet], bil kundizzjoni li tali obbligu la jikkomplika u lanqas idewwem il-parteċipazzjoni tal-imprenditur fil-kuntratt pubbliku u lanqas jimponi spejjeż amministrattivi addizzjonali u li għandu biss l-għan ta’ verifika tal-kwalitajiet professjonali tal-imprendituri fis-sens ta’ din id dispożizzjoni. |
|
2) |
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-verifika taċ-ċertifikati maħruġa lil imprenditur ta’ Stat Membru ieħor mill-awtoritajiet fiskali u soċjali ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar hija fdata lil awtorità differenti mill-awtorità kontraenti meta:
|