30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-50/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Obbligu li l-awtorità ambjentali kompetenti tevalwa l-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent - Pluralità ta’ awtoritajiet kompetenti - Ħtieġa li tiġi ggarantita l-evalwazzjoni tal-interazzjoni bejn il-fatturi li jistgħu jiġu direttament jew indirettament affettwati - Applikazzjoni tad-direttiva għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ)

2011/C 130/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, C. Clyne u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, G. Simons SC, D. McGrath, BL)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 2, 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 01, p. 248) — Obbligu li jiġu deskritti u evalwati l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi elenkati fl-Artikolu 3 tad-direttiva

Dispożittiv

(1)

Billi:

ma ttrasponietx l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 u bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Marzu 2003,

ma żguratx li, meta l-awtoritajiet Irlandiżi responsabbli mill-ippjanar tal-art u l-Aġenzija għall-protezzjoni tal-ambjent ikollhom it-tnejn is-setgħa li jiddeċiedu dwar proġett, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-direttiva jiġu osservati, u

eskludiet ix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha li ttrasponiet id-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35,

l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva.

(2)

L-Irlanda hija kkundanata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009