|
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-28/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 29 KE - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni - Trasport - Direttivi 96/62/KE u 1999/30/KE - Projbizzjoni settorjali ta’ moviment tat-trakkijiet ta’ iktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija - Kwalità tal-arja - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Koerenza)
2012/C 49/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, A. Alcover San Pedro u B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl, G. Eberhard u C. Ranacher, aġenti, L. Schmutzhard, J. Thudium)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, sussegwentement minn G. Palmieri, aġenti, assistiti minn G. De Bellis, avvocato dello Stato), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries u M. Noort, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 28 u 29 KE — Projbizzjoni tal-moviment tat-trakkijijiet ta’ iktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija fuq medda tal-awtostrada A 12 “Inntalautobahn” — Ġustifikazzjoni ta’ din il-projbizzjoni permezz tal-Artikolu 30 KE u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kwalità tal-arja ċirkostanti
Dispożittiv
|
(1) |
Billi imponiet fuq it-trakkijiet ta’ iktar minn 7.5 tunnellati li jittrasportaw ċerta merkanzija, projbizzjoni ta’ moviment fuq medda tal-awtostrada A 12 fil-wied ta’ Inn (l-Awstrija), ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 28 KE u 29 KE. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Taljana u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |