18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Gudrun Schwemmer vs Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen — Familienkasse

(Kawża C-16/09) (1)

(Sigurtà soċjali - Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 - Benefiċċji tal-familja - Regoli “kontra l-akkumulazzjoni” - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 1408/71 - Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72 - Tfal li jirresjedu fi Stat Membru ma’ ommhom li tissodisfa il-kundizzjonijiet sabiex tirċievi hemmhekk il-benefiċċji tal-familja, u li missierhom, li jaħdem fl-Isvizzera u li jissodisfa, a priori, il-kundizzjonijiet sabiex jirċievi benefiċċji tal-familja tal- istess tip skont il-leġiżlazzjoni Svizzera, jastjeni milli japplika għall-għoti ta’ dawn il-benefiċċji)

2010/C 346/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gudrun Schwemmer

Konvenuta: Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen — Familienkasse

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu76(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2), kif ukoll tal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 074, p. 1), kif emendati — Stabbiliment tal-Istat li għandu jagħti l-allowances tal-familja — Regoli kontra l-akkumulazzjoni — Tfal residenti fi Stat Membru ieħor flimkien ma’ ommhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jirċievu f’dak l-Istat Membru l-allowances tal-familja, u li missierhom, li huwa residenti fl-Isvizzera u li jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jirċievi hemmhekk l-allowances tal-familja tal-istess tip skont il-leġiżlazzjoni tal-Isvizzera, intenzjonalment ma jitlobx l-għoti ta’ dawn l-allowances sabiex jikkawża dannu lill-konjuġi divorzjata — Kindgergeld

Dispożittiv

L-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità u l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendati bir-Regolament (KE) Nru 647/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dritt, li ma huwiex suġġett għal kundizzjonijiet ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ impjieg ta’ persuna li taħdem għal rasha, għall-benefiċċji dovuti skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li fih ġenitur jirrisjedi mat-tfal tiegħu li favurihom dawn il-benefiċċji jingħataw ma jistgħux jiġu sospiżi parzjalment f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-ex konjuġi, li huwa l-ġenitur l-ieħor tat-tfal ikkonċernati, ikollu fil-prinċipju dritt għall-benefiċċji tal-familja skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih huwa impjegat, jew sempliċement skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dan l-Istat, inkella bl-applikazzjoni tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 1408/71, iżda ma jircevix effettivament l-imsemmija benefiċċji għar-raġuni li huwa ma ppreżentax applikazzjoni għal dan il-għan.


(1)  ĠU C 90,18.04.2009