30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-13/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/86/KE - Kundizzjonijiet ta’rintraċċabbiltà - Notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja - Kundizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 24/24
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u S. Mortoni, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Calmieri, aġent, F. Arena avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jieħu, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani (ĠU L 294, p. 32)
Dispożittiv
(1) |
Billi ma ħaditx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont din id-direttiva. |
(2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |