Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2010 – Deutsche Post vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-570/08)
“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Ordni li tingħata informazzjoni – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Atti preparatorji - Esklużjoni - Ordni li tingħata informazzjoni indirizzata lill-Istat Membru fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għajnuna mill-Istat - Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 24-26, 29, 31, 32, 46)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Proċedura amministrattiva - Possibbiltà għall-Kummissjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli - Kundizzjoni - Użu minn qabel tas-setgħa li jingħata ordni fil-konfront tal-Istat Membru kkonċernat (Artikolu 88(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 5(2), 6(1), 10(3) u 13(1)) (ara l-punti 27, 39-41)
3. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Atti li jipproduċu effetti legali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ għajnuna mill-Istat suġġetta għall-klassifikazzjoni provviżorja bħala għajnuna ġdida (Artikoli 87(1) KE, 88(2) u (3) KE u 230 KE) (ara l-punti 34, 35)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Possibbiltà għall-Kummissjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli - Limiti (Artikolu 88(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 13(1)) (ara l-punt 43)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008, li tordna li tingħata informazzjoni fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/2007 (ex NN 25/2007)]. |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Deutsche Telekom AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |