Keywords
Subject of the case
Parti operattiva
Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Nuqqas ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 KEEA) (ara l-punt 24)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Fatt li ma jikkostitwixxix illegalità (Artikolu 226 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Artikolu 141 KEEA) (ara l-punti 29, 30)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu sostnut minħabba li l-Kummissjoni allegatament naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jippermettulu jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/KEEA, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u japplika dawn id‑dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta’ Thule (il‑Groenlandja).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Heinz Helmuth Eriksen huwa kkundannat għall-ispejjeż.