DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Awla tal-Appell)

22 ta’ Ġunju 2009

Kawża T-376/08 P

Bart Nijs

vs

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

“Appell – Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Rapport ta’ evalwazzjoni għall‑perijodu 2005/2006 – Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent għas-sena 2007 – Deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ġġedded il-mandat tas‑Segretarju Ġenerali tagħha – Appell in parti manifestament inammissibbli u in parti manifestament infondat”

Suġġett: Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-1/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. B. Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

Appell – Riferiment għall-motivi u għall-argumenti ta’ dritt fir-rikors tal-appell – Motiv mhux speċifikat biżżejjed – Riferiment għall-annessi kollha – Inammissibbiltà

[Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal tal-Prim’Istanza, Artikolu 138(1)(c)]

Fil-kuntest ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza minn deċiżjoni tat‑Tribunal għas-Servizz Pubbliku, referenza globali għan-noti minbarra l-appell innifsu ma għandhiex taħbi n-nuqqas ta’ elementi essenzjali ta’ argumenti ta’ dritt li, skont l-Artikolu 138(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, għandhom ikunu inklużi fl-appell. Barra minn hekk, ma għandhiex tkun il-Qorti tal-Prim’Istanza illi tfittex u tidentifika, fl-annessi, il-motivi u l-argumenti li hija tista’ tikkunsidra li jistgħu jkunu l-bażi tal-appell, peress li l-annessi għandhom funzjoni purament probatorja u strumentali.

(ara l-punt 24)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 21 ta’ Mejju 1999, Asia Motor France et vs Il-Kummissjoni, T‑154/98, Ġabra p. II‑1703, punt 49; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 14 ta’ Diċembru 2005, Honeywell vs Il-Kummissjoni, T‑209/01, Ġabra p. II‑5527, punt 57