Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/08)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Skema ta’ għajnuna prevista mil-liġi Taljana – Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq intern – Miżura tranżitorja – Esklużjoni ta’ ċerti impriżi – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Assenza – Assenza manifesta ta’ ġurisdizzjoni – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Rikors għad-danni miċħud kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 50, 92-93)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni fl-adozzjoni tal-att - Teħid inkunsiderazzjoni neċessarju waqt l-eżami tar-responsabbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 72)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Skema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni - Identifikazzjoni tal-għajnuna individwali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-imsemmija skema – Data tal-att legalment vinkolanti li torbot lill-awtorità nazzjonali kompetenti sabiex tagħti l-għajnuna - Interpretazzjoni stretta tad-derogi għall-projbizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat li tipprekludi l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis ta’ skema ta’ għajnuna approvata (Artikolu 87 KE) (ara l-punti 76-78)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward ta’ skema ta’ għajnuna - Limitazzjoni tal-effetti ratione temporis tad-deċiżjoni - Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Assenza - Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Assenza (Artikolu 87 KE) (ara l-punti 84, 88)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2000 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra skema ta’ għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [għajnuna mill-Istat N 715/99 – Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir tal-Kummissjoni matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.