Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 – Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1/08 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 19-21)
2. Proċeduri għal miżuri provviżjorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 24-25, 32-34)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5087 finali, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/2006 (ex NN 35/2006) mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur tal-azzar Groupe Technologie Buczek. |
Dispożittiv
1) |
It-talba hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |