7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/29


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2008 — Rewe-Zentral vs UASI — Kodi Diskontläden (inéa)

(Kawża T-538/08)

(2009/C 55/55)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kodi Diskontläden GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Ottubru 2008 — Appell Numru R 744/2008-4 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “inéa” bil-kulur blu, roża u abjad għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 (Applikazzjoni Nru 4 462 826)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kodi Diskontläden GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:“MINEA” (Trade mark Nru 303 61 428.5) għal prodotti fil-klassijiet 8, 9 u 16, li hija f'kunflitt mar-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tal-Bord tal-Appelll annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).