|
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/49 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Mologen vs UASI (dSLIM)
(Kawża T-504/08)
(2009/C 44/86)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mologen AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klages, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 1077/2007-4. |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trademark verbali “dSLIM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 5, 10, 42 u 44 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 355 136).
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li s-sinjal mhuwiex nieqes minn karattru distintiv u ma jikkostitwixxix indikazzjoni deskrittiva.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).