10.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/34 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — DHL Aviation u DHL Hub Liepzig GmbH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-452/08)
(2009/C 6/70)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DHL Aviation NV (Zaventem, il-Belġju) u DHL Hub Liepzig GmbH (Schkeuditz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Burnside, Solicitor u B. van de Walle de Ghelcke, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni sa fejn din tidentifika lir-rikorrenti bħala l-benefiċjarji ta' għajnuna mill-Istat li hija kkunsidrata inkompatibbli mas-suq komuni, u safejn id-deċiżjoni tordna lill-Ġermanja tirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jfittxu li jiksbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2008 fil-Każ C 48/2006 (ex N 227/2006) — Il-Ġermanja, sa fejn hija tidentifika lir-rikorrenti bħala l-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat li hija kkunsidrata inkompatibbli mas-suq komuni u sa fejn id-deċiżjoni tordna lill-Ġermanja tirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat.
Fil-5 ta' April 2006, il-Ġermanja nnotifikat il-miżuri adottati mill-Ajruport pubbliku ta' Leipzig u mil-Land tas-Sassonja dwar il-kostruzzjoni u l-operat tar-runway ġdida tan-Nofsinhar tal-Ajruport ta' Leipzig, dwar; b'mod partikolari, l-istabbiliment tal-Bażi Ewropea tal-grupp DHL fl-imsemmi ajruport għall-attivitajiet tagħha tal-kunsinna espressa ta' pakki. Il-miżuri notifikati kienu, speċifikament, il-“Ftehim qafas” (1) konkluż bejn l-ajruport u DHL Hub Leipzig kif ukoll “ittra ta' intenzjoni” maħruġa mil-Land tas-Sassonja favur l-Ajruport ta' Leipzig u DHL Hub Leipzig sabiex iħallas ammont stabbilit ta' danni fil-każ li DHL Hub Leipzig ma tibqax topera fl-ajruport kif previst. Ir-rikorrenti jsostnu li bħala konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata, huma ġew miċħuda mill-obbligi kuntrattwali tal-Ajruport ta' Leipzig u tal-Mitteldeutsche Flughafen (“MFAG”) taħt il-Ftehim qafas kif ukoll mill-garanzija mogħtija mill-ittra ta' intenzjoni u huma ġew suġġettati għall-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat.
Ir-rikorrenti jqajmu s-segwenti motivi:
|
Fl-ewwel u t-tieni motivi tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE. Skont ir-rikorrenti, billi kklassifikat il-“klawżola tat-titjiriet ta' billejl” u l-“klawżola tad-90 %” bħala għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni naqset milli tapplika b'mod korrett id-dispożizzjoni msemmija. Ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-applikazzjoni tat-test tal-investitur privat meta sostniet li l-punt ta' referenza għaliha kien November 2004 u mhux id-data attwali tal-konklużjoni tal-Ftehim qafas. Barra minn hekk, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni żbaljat manifestament meta sostniet li, indipendentement mill-punt ta' referenza għad-deċiżjoni ta' investiment, l-hekk imsejħa garanziji illimitati pprovduti fil-Ftehim qafas fi kwalunkwe każ jammontaw għal għajnuna mill-Istat, peress li riskji li DHL assumiet taħt dawn id-dispożizzjonijiet kienu ffinanzjati permezz ta' għotjiet ta' kapital li fihom infushom kienu jammontaw għal għajnuna mill-Istat. |
|
Fuq il-bażi tat-tieni motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni naqset milli tapplika korrettement l-Artikolu 87(1) KE, billi ddeċidiet li l-ittra ta' intenzjoni tammonta għal għajnuna mill-Istat mingħajr ma kkunsidrat il-prattika normali tan-negozju bejn kumpanniji holding u kumpanniji sussidjarji. |
|
Fit-tielet motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 253 KE billi ma kkunisdratx il-fatturi kollha rilevanti meta kklassfikat il-klawżola tat-titjiriet ta' billejl, il-klawżola tad-90 % u l-Ittra ta' intenzjoni bħala għajnuna mill-Istat. |
|
Fir-raba' motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni meta ordnat l-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat. |
|
Fil-ħames motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 235 KE billi ddeċidiet li l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim qafas jikkontjenu l-allegata għajnuna mill-Istat u billi ddeċidiet li dawk id-dispożizzjonijiet mhumiex kompatibbli mas-suq komuni u b'hekk għandhom jiġu mħassra. |
(1) Skont il-komunikazzjoni ppublikata fil-ĠU 2007 C 48, p. 7, dan il-ftehim jimponi fuq l-ajruport, l-obbligu li jibni r-runway ġdida tan-Nofsinhar u obbligi oħra f'termini ta' kapaċità u operat. F'każ ta' inosservanza ta' obbligi (eż jekk titjiriet ta' billejl jiġu pprojbiti mill-awtoritajiet regolatorji), DHL tista' titlob kumpens għat-telf ta' qligħ u għad-danni.