8.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 285/53 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — Stowarzyszenie Autorów “ZAiKS” vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-398/08)
(2008/C 285/94)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Stowarzyszenie Autorów “ZAiKS” (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: B. Borkowska u M. Błeszyński, konsulenti legali)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) u (3) (sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008, C (2008) 3435 finali dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC); |
— |
tikkundanna liIl-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
F'din il-kawża r-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 — CISAC) sa fejn hija tirrigwarda prattiċi miftiehma li jirrigwardaw u jaċċettaw il-forma ta' restrizzjonijiet ta' sħubija li japplikaw fil-ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka l-kundizzjonijiet għall-ksib tad-dritt ta' preżentazzjoni pubblika ta' xogħolijiet mużikali kif ukoll ta' ħruġ ta' liċenzji korrispondenti mill-awtoritajiet ta' amministrazzjoni kollettiva, bħal dawk previsti fil-mudell tal-kuntratt Międzynarodowej Konfederacji Stowarzyszeń Autorów i Kompozytorów (Konfederazzjoni internazzjonali tal-assoċjazzjonijiet ta' awturi u kompożituri, iktar 'il quddiem: il-mudell tal-kuntratt CISAC), jew kif applikati fil-prattika.
Insostenn tal-konklużjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ressqet dawn il-motivi:
— |
b'mod ġenerali, nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-prerekwiżiti essenzjali għal interpretazzjoni xierqa tal-kunċett ta' “prattika miftiehma” minħabba fl-eżami inkomplet tal-fatti tal-każ in kwistjoni u tan-nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni ta' l-elementi kollha li ma jistgħux jiġu mifrudin minn din ta' l-aħħar li fihom tikkonsisti l-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur; |
— |
evalwazzjoni żbaljata tal-motivi, li fuqhom huwa bbażat il-prinċipju ta' territorjalità magħżul fil-ftehim ta' rappreżentazzjoni reċiproka; |
— |
preżentazzjoni u evalwazzjoni żbaljata tal-konsegwenzi tal-eventwali modifika tas-sistema eżistenti ta' amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur; |
— |
nuqqas ta' evalwazzjoni tal-elementi probatorji kollha f'dan il-każ bin-nuqqas ta' rispett tal-fatti ppreżentati mir-rikorrenti dwar l-attività speċifika tal-iStowarzyszenie Autorów “ZAIKS” u tad-dritt Pollakk fil-qasam tal-amministrazzjoni kollettiva. |