6.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 313/35 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Settembru 2008 — Mustang vs UASI — Decathlon (rappreżentazzjoni ta' linja mmewwġa)
(Kawża T-379/08)
(2008/C 313/64)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mustang — Bekleidungswerke GmbH + Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Klett u K. Weimer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Decathlon SA (Villeneuve d'Ascq, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Lulju 2008, fil-Każ R 859/2007-4 u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' din il-kawża, kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, inklużi l-ispejjeż neċessarji għar-rikorrenti fiż-żewġ proċedimenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 — applikazzjoni Nru 4 081 352
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Decathlon SA
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali li tirrappreżenta linja bajda mmewwġa fuq sfond iswed għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 minħabba li t-trade marks kunfliġġenti ma juru l-ebda xebh viżwali, fonetiku jew kunċettwali, li jista' joħloq probabbiltà ta' konfużjoni.