25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/43 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awissu 2008 — iTouch International vs UASI — Touchnet Information Systems (iTouch)
(Kawża T-347/08)
(2008/C 272/85)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: iTouch International plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Touchnet Information Systems, Inc. (Lenexa, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 493/2007-2; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 493/2007-2, safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li huwa utli; u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “iTouch” għal servizzi fil-klassijiet 38 u 42
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 449 503 għat-trade mark verbali “TOUCHNET” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, minħabba li l-Bord tal-Appell iddeċieda inġustament li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.