|
27.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 247/17 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Lulju 2008 — Fidelio vs UASI (Hallux)
(Kawża T-286/08)
(2008/C 247/33)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fidelio KG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Mejju 2008 (Każ R 632/2007-4); |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tiegħu u tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Hallux” għall-prodotti fil-klassijiet 10, 18 u 25 (Applikazzjoni Nru 5 245 147).
Deċiżjoni ta'l-eżaminatur: ċaħda parzjali ta' l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tilqa' parzjalment ir-rikors.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), sa fejn it-trade mark li saret applikazzjoni għaliha għall-“prodotti ortopediċi” u “żraben” ma għandha l-ebda projbizzjoni assoluta għal reġistrazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1994, p. 1).