13.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 236/15 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Bayer Healthcare vs UASI — Laboratorios ERN (CITRACAL)
(Kawża T-277/08)
(2008/C 236/26)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bayer Healthcare LLC (Morristown, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Laboratorios ERN, SA (Sant Just Desvern, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (Trade marks u Disinni), tal-5 ta' Mejju 2008, fil-każ R 459/2007-4; u |
— |
tikkundanna lill-UASI u/jew lil Laboratorios ERN, alternattivament jew in solidum, għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bayer Healthcare LLC (li qabel kienet Mission Pharmacal Company)
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CITRACAL” għal prodotti fil-klassi 5, applikazzjoni Nru 1 757 855
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Laboratorios ERN, SA (li qabel kienet Laboratorios Diviser-Aquilea, SL)
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark Spanjola “CICATRAL” bir-reġistrazzjoni Nru 223 532 għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell
Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-provi dwar l'użu tat-trade mark, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kwistjoni tal-preżentazzjoni ta' traduzzjoni xierqa tal-lista tal-prodotti li fir-rigward tagħhom kienet użata t-trade mark invokata in sostenn ta' l-oppożizzjoni. Barra minn hekk, il-Bord ta' l-Appell evalwa b'mod żbaljat il-kwistjoni dwar l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.