15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/65


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2008 — Montero Padilla vs UASI — Padilla Requena (JOSE PADILLA)

(Kawża T-255/08)

(2008/C 209/115)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Montero Padilla (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: Sres. G. Aguillaume Gandasegui u P. Linde Puelles, abogados)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: José María Padilla Requena

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-UASI ta' l-1 ta' Marzu 2008 u tiċħad l-applikazzjoni għar- reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “JOSA PADILLA” għall-klassijiet 9, 25 u 41.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: José María Padilla Requena.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “JOSE PADILLA” (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2 844 066) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 41).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: trade mark verbali Spanjola “JOSE PADILLA” għal prodotti u servizzi fil-klassi 41.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell.

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikoli 4, 7(1)(a), (b), (c) u (f), u ta' l-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.