15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/61 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ġunju 2008 — Ravensburger vs UASI — Educa Borras (EDUCA Memory game)
(Kawża T-243/08)
(2008/C 209/110)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ravensburger AG (Ravensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, avukat, u R. Kunze, avukat u prokuratur legali)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Educa Borras SA (Sant Quirze del Valles, Barcelona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' April 2008 fil-Kawża R 597/2007 2; u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva “EDUCA Memory game” għal prodotti fil-klassi 28 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 495 036
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali internazzjonali “MEMORY” bir-reġistrazzjoni Nru R 393 512; it-trade mark verbali tal-Benelux “MEMORY” bir-reġistrazzjoni Nru 38 328; it-trade mark verbali Ġermaniża “MEMORY” bir-reġistrazzjoni Nru 964 625
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni
Motivi invokati: (i) ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta kkonkluda li l-element potenzjalment kollużiv fit-trade mark Komunitarja kkonċernata huwa ta' natura purament deskrittiva u li b'hekk ma jistax joħloq probabbiltà ta' konfużjoni mat-trade marks preċedenti tar-rikorrenti; (ii) ksur ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta eżiġa li r-rikorrenti tipprova l-probabbiltà ta' konfużjoni; (iii) ksur ta' l-Artikolu 74 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell ma kkunsidrax b'mod xieraq il-prattika tat-tikkettar tas-suq rilevanti; (iv) ksur ta' l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell naqas milli jżomm seduta, kif mitlub mir-rikorrenti.