|
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/49 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2008 — MPDV Mikrolab vs UASI (ROI ANALYZER)
(Kawża T-233/08)
(2008/C 223/86)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (Mosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell, tal-15 ta' April 2008, fil-każ R 1525/2006-4; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “ROI ANALYSER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 866 042).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda parzjali ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (1), minħabba l-fatt li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex nieqsa minn karattru distintiv u għaliex m'hemmx lok li tali sinjal jinżamm għad-dispożizzjoni ta' kulħadd.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).