15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/57 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2008 — Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża T-217/08)
(2008/C 209/102)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et (Bonn, il-Ġermanja), Romuald Schaber (Petersthal, il-Ġermanja), Stefan Mann (Eberdorfergrund, il-Ġermanja) e Walter Peters (Körchow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Renner u O. Schniewind, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill ta l-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-7 ta' Marzu 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jikkontestaw ir-Regolament (KE) Nru 248/2008 (1), li bih il-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 żdiedu bi 2 % mill-1 ta' Awwissu 2008 sabiex tiġi ffavorita produzzjoni ikbar fil-Komunità ta' ammonti ta' ħalib u tissodisfa t-talba tas-suq għal prodotti emerġenti tal-ħalib.
In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostni l-ewwel nett li ż-żieda tal-kwoti nazzjonali għall-ħalib huwa vvizzjat b'abbuż ta' poter għaliex isegwi għanijiet differenti minn dawk adottati fil-premessi.
Barra minn hakk, ir-Regolament ikkontestat jikser it-Trattat KE, għaliex l-Artikolu 37(2) ġie applikat b'mod żbaljat bħala regola ta' awtorizzazzjoni peress li ma ttieħdux in kunsiderazzjoni l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1)(a) u (b) KE; ġew illeġittimament ittraskurati r-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni ta' l-ambjent fis-sens ta' l-Artikolu 6 KE u nkiser l-obbligu ta' promozzjoni u konservazzjoni tal-wirt kulturali tal-Komunità skond l-Artikolu 151 KE.
Barra minn hekk, hemm ksur tal-libertà tar-rikorrenti li jwettqu attività professjonali u li jiddisponu mir-riżorsi ekonomiċi tagħhom, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib (ĠU L 76, p. 6).