5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/42 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni vs I.D. FOS Research
(Kawża T-170/08)
(2008/C 171/81)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rapreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)
Konvenut: I.D. FOS Research EEIG (stabbilit f'Mol, Il-Belġju)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas lill-Kummissjoni s-somma ta' EUR 21 559,26 flimkien ma' l-interessi għal dewmien ta' EUR 6 375,94; |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas bħala interessi għal dewmien EUR 3,99 għal kull ġurnata mit-8 ta' Jannar 2007 sal-pagament sħiħ tad-debitu; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, ikkonkludiet il-kuntratt BRPR-CT95-0099 mal-konvenut fit-12 ta' Diċembru 1995. Il-kuntratt kien jirrigwarda proġett ta' titjib fil-kontroll tal-kwalità tal-kisi ta' post-tensioning kejbils. Dan il-kuntratt u l-proġett inħolqu fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku, inkluża d-dimostrazzjoni, fis-settur tat-teknoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji tal-materjali (1).
Wara li ntemm il-kuntratt, il-parti mwettqa mill-konvenut kienet is-suġġett ta' eżerċizzju ta' verifika. Il-konklużjonijiet ta' din il-verifika wasslu lill-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi li tirkupra parti mis-somma mħallsa billi tinvoka l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/571/KE, tas-27 ta' Lulju 1994, li tadotta programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku, inkluż ta' dimostrazzjoni, fil-qasam tat-teknoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji tal-materjali (1994-1998).