21.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 158/21 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta' April 2008 — Shenzhen Taiden Industrial vs L-UASI — Bosch Security Systems (disinn ta' apparat għall-komunikazzjoni)
(Kawża T-153/08)
(2008/C 158/35)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shenzhen Taiden Industrial Co., Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Hartmann, M. Helmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Bosch Security Systems BV (Eindhoven, l-Olanda)
Talbiet
— |
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Frar 2008 fil-każ R 1437/2006-3; u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawn sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett ta' l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn għall-prodott “apparat għall-komunikazzjoni” — disinn Komunitarju rreġistrat Nru 214903-0001
Proprjetarju tad-desinn Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Disinn imressaq bħala prova mill-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn preċedenti pprovdut lill-pubbliku minn Koninklijke Philips Electronics NV irreġistrat bħala disinn internazzjonali taħt in-Nru DM/055655
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità: Ċaħda ta' l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Invalidità u dikjarazzjoni li d-disinn ikkontestat huwa invalidu
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 63(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 peress li t-Tielet Bord ta' l-Appell ibbaża ruħu fuq fatti allegati ppreżentati mill-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità li fir-rigward tagħhom ebda prova ma ġiet imressqa; ksur ta' l-Artikoli 4(1) u 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 peress li t-Tielet Bord ta' l-Appell żbalja meta ddeċieda li d-disinn ikkontestat ma kellux karattru individwali u naqas milli jevalwa u jqabbel d-disinni ikkonċernati mill-perspettiva ta' utent infurmat.