7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/35


Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni u L-EPSO

(Kawża T-142/08)

(2008/C 142/64)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avukat ta' l-Istat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/116/08 (AD 8) — EPSO/AD/117/08 (AD 11) għall-istabbiliment ta' lista għar-reklutaġġ, rispettivament, ta' 30 post bħala Amministratur (AD 8) u 20 post bħala Amministratur Prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi;

tannulla l-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/45/08 (AST 4) għall-istabbiliment ta' lista għar-reklutaġġ ta' 30 post bħala Assistent (AST 4) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi;

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-117/08 L-Italja vs Il-Kummissjoni (1).


(1)  Li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.