|
24.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 128/36 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2008 — Aurelia Finance vs L-UASI (AURELIA)
(Kawża T-136/08)
(2008/C 128/76)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aurelia Finance SA (Ġinevra, L-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Elmslie, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tad-9 ta' Jannar 2008 fil-każ R 1214/2007-1; |
|
— |
Tirrinvija t-talba tar-rikorrenti għal restitutio in integrum lill-UASI għal eżami mill-ġdid; u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali li tikkonsisti fil-kelma AURELIA għal servizzi differenti fil-klassi 36 — applikazzjoni Nru 274 936
Deċiżjoni ta' l-UASI: Ċaħda tat-talba għal restitutio in integrum
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi: Ksur ta' l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-livell ta' attenzjoni meħtieġ f'konessjoni ma' tiġdid amministrattivi huwa inqas minn dak għal parti fi proċeduri quddiem l-UASI.