7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 142/32 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2008 — Schräder vs CPVO — Hansson (Lemon Symphony)
(Kawża T-134/08)
(2008/C 142/58)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Leidereiter u W.-A. Schmidt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet ta' Pjanti (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell tal-konvenut, ta' l-4 ta' Diċembru 2007 (A 006/2007); |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dritt Komunitarju tal-varjetajiet ta' pjanti kkonċernat: Lemon Symphony
Proprjetarju: Jørn Hansson.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti: Nuqqas ta' tħassir, skond l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 2100/94 (1), tad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità li jkopri lil Lemon Symphony.
Appellant quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ir-rikorrent
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors
Motivi invokati:
— |
Ksur ta' l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (KE) Nru 1239/95 (2) safejn ir-rikorrent ma ġiex imħarrek għall-proċedimenti orali; |
— |
Ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 71(1) meħuda flimkien mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 21, 67 u 68 tar-Regolament Nru 2100/94 safejn il-fondatezza tar-rikors ma ġietx eżaminata jew ma ġietx eżaminata b'mod definittiv; |
— |
Ksur ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 2100/94 u ta' l-Artikolu 230 KE safejn inkiser id-dritt tar-rikorrent għal stħarriġ ġudizzjarju ta' l-osservanza tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba; |
— |
Ksur ta' l-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 2100/94 minħabba allegata parzjalità ta' membru tal-Bord ta' l-Appell. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, p. 37).