7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/31


Rikors ippreżentat fit-3 ta' April 2008 — Schräder vs CPVO — Jørn Hansson (Lemon Symphony)

(Kawża T-133/08)

(2008/C 142/57)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Leidereiter u W.-A. Schmidt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta' Pjanti (CPVO)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell tas-CPVO: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell tas-CPVO ta' l-4 ta' Diċembru 2007 (Każ A 007/2007) u tiddikjara li l-adattament tad-deskrizzjoni tal-varjetajiet għall-varjetà tal-pjanta Lemon Symphony hija nulla u bla effett;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell tas-CPVO ta' l-4 ta' Diċembru 2007 (Każ A 007/2007);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dritt ta' protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta' pjanti: Lemon Symphony

Proprjetarju: Jørn Hansson

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta' Pjanti li qed tiġi kkontestata: L-adattament ta' deskrizzjoni tal-varjetajiet skond l-Artikolu 87(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta' Lulju 1994 (1)

Appellant quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ir-rikorrent

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati:

Ksur ta' l-Artikolu 59(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 (2) peress li r-rikorrent ma ġiex imħarrek għas-seduta skond kif meħtieġ;

Ksur ta' l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 2100/94 peress li r-rikorrent ma setax jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, la b'mod orali u lanqas bil-miktub, dwar in-nuqqas ta' locus standi;

Ksur ta' l-Artikolu 71(1), flimkien ma' l-Artikolu 68, tar-Regolament Nru 2100/94 peress li r-rikorrent huwa direttament u individwalment ikkonċernat mid-deċiżjoni kkontestata quddiem il-Bord ta' l-Appell;

Ksur ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 2100/94 u ta' l-Artikolu 230 KE peress li d-dritt tar-rikorrent għal stħarriġ ġudizzjarju tar-rispett tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba ġie miksur;

Ksur ta' l-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 2100/94 peress li membru tal-Bord ta' l-Appell allegatament kellu interess fil-proċeduri.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta' Lulju 1994, dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, 1994, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95, tal-31 ta' Mejju 1995, li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, 1995, p. 37).