9.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 116/26


Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni u l-KESE

(Kawża T-117/08)

(2008/C 116/48)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-Repubblika Taljana kkontestat quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej is-segwenti atti ppubblikati mill-KESE:

1)

avviż ta' post battal Nru 73/07 ta' Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, ippubblikat biss fl-edizzjonijiet bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tat-28 ta' Diċembru 2007, Nru C 316 A;

2)

rettifika ta' l-avviż ta' post battal ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tat-30 ta' Jannar 2008, Nru C 25 A, biss fl-edizzjonijiet bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-156/07 Spanja vs Il-Kummissjoni (1).

Minbarra l-ksur tar-Regolament Nru 1/58 u ta' l-Artikolu 290 tat-Trattat KE, ir-rikorrenti ssostni b'mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta' kompetenza, motivi li jikkonċernaw l-Artikolu 12 tat-Trattat KE, l-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u ċertu dispożizzjonijiet statutorji li jikkonċernaw is-servizz pubbliku Ewropew, kif ukoll nuqqas ta' motivazzjoni u l-eżistenza, f'dan il-każ, ta' abbuż ta' poter.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007, p. 42.