9.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 116/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta' Frar 2008 — Freixenet vs L-UASI (Forma ta' flixkun iswed matt miksi bl-iżmerill)

(Kawża T-110/08)

(2008/C 116/46)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Freixenet (Sant Sanurni d'Anoia, Spanja) (rappreżentanti: F. de Visscher, E. Cornu u D. Moreau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ta' l-20 ta' Novembru 2007, u tagħmel dak li dan il-Bord ta' l-Appell kien imissu għamel, tiddeċiedi li l-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 32 540 kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tkun ippubblikata skond l-Artikolu 40 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ta' l-20 ta' Novembru 2007;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark tridimensjonali fil-forma ta' flixkun iswed matt miksi bl-iżmerill għal prodotti fil-klassi 33 (Applikazzjoni Nru 32 540)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors; deċiżjoni meħuda wara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-kawża T-188/04, Freixenet vs L-UASI (Forma ta' flixkun iswed matt miksi bl-iżmerill)

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 7(1) u (3) u 73 tar-Regolament Nru 40/94, kif ukoll ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, in kwantu:

il-Bord ta' l-Appell ma semax lir-rikorrenti fl-osservazzjonijiet tagħha dwar l-apprezzament fattwalment differenti magħmul mill-Bord ta' l-Appell;

il-Bord ta' l-Appell ma indikax id-dokumenti li fuqhom huwa bbaża d-deċiżjoni tiegħu;

il-preżentazzjoni tal-flixkun in kwistjoni hija oriġinali u hija differenti mill-preżentazzjonijiet normali eżistenti fl-1 ta' April 1996; u

fi kwalunkwe każ, it-trade mark in kwistjoni akkwistat karattru distintiv fil-Komunità permezz ta' l-użu.