|
9.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/24 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Frar 2008 — Zino Davidoff vs L-UASI — Clifarm i. Kleinakis & SIA (GOOD LIFE)
(Kawża T-108/08)
(2008/C 116/44)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zino Davidoff SA (Fribourg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Clifarm i. Kleinakis & SIA OE (Glyfada, il-Greċja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI fil-każ R 298/2007-2; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jew lill-intervenjenti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Zino Davidoff SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “GOOD LIFE” għal prodotti fil-klassi 3 — applikazzjoni Nru 1 709 641
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Clifarm i. Kleinakis & SIA OE
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali “GOOD LIFE” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u r-rinviju tal-każ quddiem id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni għal aktar kunsiderazzjoni
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 43, 73 u 74 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, fost oħrajn peress li l-Bord ta' l-Appell ħa in kunsiderazzjoni prodotti li mhumiex protetti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li l-oppożizzjoni ma kinitx ibbażata fuqhom; peress li l-Bord ta' l-Appell ma kellux jieħu in kunsiderazzjoni l-provi mressqa minn Clifarm i. Kleinakis & SIA OE dwar l-użu tat-trade marks tagħha; u peress li l-Bord ta' l-Appell ikkunsidra provi li r-rikorrenti ma setgħatx tevalwa.