26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/30 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Hedgefund Intelligence vs L-UASI — Hedge Invest (InvestHedge)
(Kawża T-67/08)
(2008/C 107/50)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hedgefund Intelligence Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Reed, Barrister, u G. Crofton Martin, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Hedge Invest SGR P.A. (Milan, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tat-28 ta' Novembru 2007 fil-każ R 148/2007-2, li tiċħad l-appell; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell ibatu l-ispejjeż tagħhom u tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni, il-Bord ta' l-Appell u l-Qorti tal-Prim'Istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “InvestHedge” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36 u 41 — Applikazzjoni Nru 3 081 081
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Hedge Invest SGR P.A.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Komunitarja “HEDGE INVEST” għal servizzi fil-klassi 36
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta'l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni għas-servizzi kkontestati fil-klassijiet 36 u 41; tippermetti li titkompla l-applikazzjoni għall-prodotti mhux ikkontestati fil-klassijiet 9 u 16
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell
Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li meta kkonstata x-xebh viżiv tat-trade marks rispettivi f'għajnejn konsumaturi li ma jitkellmux bl-Ingliż, il-Bord ta' l-Appell għamel żball billi ħa in kunsiderazzjoni l-“impressjoni kummerċjali” u billi kkunsidra li l-impressjoni kummerċjali tat-trade marks kunfliġġenti kienet l-istess.
Meta eżamina ix-xebh fonetiku tat-trade marks kunfliġġenti għal konsumaturi li ma jitkellmux bl-Ingliż, il-Bord ta' l-Appell żbaljatament qiegħed l-oneru tal-prova fuq ir-rikorrenti.
Fl-aħħar nett, il-Bord ta' l-Appell naqas milli japplika, fl-istadju rilevanti, il-konstatazzjoni mhux ikkontestata li kien hemm biss livell limitat u/jew remot ta' xebh bejn is-servizzi fil-klassijiet 36 u 41.