|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/62 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2008 — Katjes Fassin vs L-UASI (Yoghurt-Gums)
(Kawża T-25/08)
(2008/C 64/101)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Uecker, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-25 ta' Ottubru 2007 (Każ R 1322/2006-4); |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri ta' l-appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Yoghurt-Gums” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 (Applikazzjoni Nru 4 929 808).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) f'dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassi 30 li għadhom in kwistjoni fil-proċeduri.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).