8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/54


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 — Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża T-3/08)

(2008/C 64/87)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Angel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Ottubru 2007 safejn tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess mitlub għal diversi dokumenti tal-Kunsill relattivi u konsekuttivi għal inċident li seħħ bejn ir-rikorrent u waħda mill-kollegi tiegħu fid-19 ta' Frar 2004 (minuti ta' laqgħat interni, konklużjonijiet ta' investigazzjoni u rapport tas-servizz ta' sigurtà);

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta' Ottubru 2007, adottata mid-DĠ F tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li tiċħad it-talba konfermattiva tiegħu għall-aċċess għal dokumenti relattivi għal inċident li seħħ bejn ir-rikorrent u waħda mill-kollegi tiegħu.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) u l-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 45/2001 (2) u fuq żball manifest fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, p. 1).