Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Earle Beauty vs UASI (SUPERSKIN)
(Kawża T-486/08)
“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUPERSKIN — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l- punti 27, 37-44, 50)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1656/2007-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUPERSKIN bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Liz Earle Beauty Co. Ltd |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali SUPERSKIN għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 — Applikazzjoni Nru 5967856 |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1656/2007-4), hija annullata f’dak li jikkonċerna l-fwejjaħ, il-preparazzjonijiet għall-kura tad-dwiefer u tax-xagħar, il-prodotti kontra l-għaraq, id-deodoranti, it-toothpaste, iż-żebgħa għax-xagħar, l-isprej għax-xagħar, il-preparazzjonijiet għall-kura tal-għajnejn, iż-żebgħa għad-dwiefer u d-dissolvent għaż-żebgħa tad-dwiefer u d-dwiefer foloz, li jaqgħu taħt il-klassi 3, kif ukoll il-prodotti għall-kura tal-iġjene u t-trattamenti kożmetiċi għax-xagħar, li jaqgħu taħt il-klassi 44. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Liz Earle Beauty Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu. |