Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Novembru 2009 – Apollo Group vs UASI (THINKING AHEAD)
(Kawża T‑473/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THINKING AHEAD – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 29, 37)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 728/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THINKING AHEAD bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Apollo Group, Inc. |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali THINKING AHEAD għal prodotti u servizzi fil‑klassijiet 9, 16 u 41 |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Talba parzjalment miċħuda |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Apollo Group, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż. |