Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Wilfer vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ parti ta’ fuq ta’ kitarra)

(Kawża T-458/08)

“Trade mark Komunitarja – Talba għal trade mark figurattiva li tirrappreżenta parti ta’ fuq ta’ kitarra bil-kuluri fidda, griż u kannella – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Eżami ex officio tal-fatti – L-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Trattament ugwali”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 52, 60)

2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Eżami ex officio tal-fatti - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(1)) (ara l-punti 71, 72)

3.                     Trade mark Komunitarja - Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju - Legalità - Eżami mill-qorti Komunitarja - Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94) (ara l-punti 93-95)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2008 (Każ R 78/2007‑4), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta parti ta’ fuq ta’ kitarra bil-kuluri fidda, griż u kannella, bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Hans-Peter Wilfer

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tirrappreżenta parti ta’ fuq ta’ kitarra bil-kuluri fidda, griż u kannella għal prodotti fil‑klassijiet 9 u 15 – Applikazzjoni Nru 2639821

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud.

2)         Hans-Peter Wilfer huwa kkundannat għall-ispejjeż.