Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/08)
“Għajnuna mħallsa fil-kuntest tal-programm INTI — Determinazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju — Żbalji ta’ evalwazzjoni”
1. Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Finanzjament li jkopri biss l-ispejjeż li jkunu fil-fatt saru — Prova tar-veraċità tal-ispejjeż iddikjarati — Assenza — Spejjeż ineliġibbli (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 48-50, 99)
2. Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna minħabba irregolaritajiet — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ irregolaritajiet li ma għandhomx impatt finanzjarju preċiż — Ammissibbiltà (Artikolu 274 KE) (ara l-punt 51)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Mejju 2008, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-ftehim ta’ sussidju JLS/2004/INTI/077. |
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Mejju 2008, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti minn Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV fil-kuntest tal-ftehim ta’ sussidju JLS/2004/INTI/077 hija annullata fir-rigward tal-ispejjeż relatati mal-intestaturi B 9, B 10, B 37, B 38 u G 5. |
2) |
Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti minn Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung. |