Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 – Il‑Lussemburgu vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-232/08)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Miżuri ta’ żvilupp rurali – ‘Żoni żvantaġġjati’ u ‘agroambjent’ – Sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni, ta’ kontroll u ta’ sanzjoni – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa”
1. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova - Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 27-31, 51-53)
2. Rikors għal annullament - Att ikkontestat - Evalwazzjoni tal-legalità skont l-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 54, 55)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/321/KE, tat-8 ta’ April 2008, li teskludi ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 109, p. 35). |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż. |